Merħba għall-eNotices!

Merħba għall-eNotices, l-għodda elettronika biex tħejji l-avviżi dwar il-ksib pubbliku u tippubblikahom fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-eNotices jagħtu aċċess għall-formoli standard kollha li jintużaw fil-qasam tal-ksib pubbliku fl-Ewropa. Dan is-servizz, li hu mingħajr ħlas, iħallik taħdem f'ambjent kif tixtiequ int, jgħinek tħaffef xogħolok u tlesti l-proċess tal-pubblikazzjoni ta' l-avviżi dwar l-offerti f'ħin iqsar. L-eNotices jgħinek ukoll tivverifika jekk ikunx hemm xi żbalji fl-avviżi u jara li timxi mad-direttivi ta' l-UE li jirregolaw il-proċeduri tal-ksib pubbliku.

Biex tuża dan is-servizz, jeħtieġ li tkun irreġistrat. Jekk inti tixtieq li toħloq kont ġdid ta' utent fuq eNotices (avviżi elettroniċi) jekk jogħġbok ibda billi tirreġistra mas-Servizz ta' Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS). Tista' taqbeż dan il-pass jekk inti diġà għandek kont mal-ECAS. Agħżel id-domain 'Estern' fuq l-ECAS sakemm ma taħdimx f'istituzzjonijiet tal-UE. Wara dak il-pass, illoggja fuq eNotices (avviżi elettroniċi) permezz tal-ECAS u segwi l-istruzzjonijiet.

Grazzi talli qiegħed tuża l-eNotices!